Dwar l-iskola

L-iskola Primarja tal-Qrendi hi waħda mill-għaxar skejjel li jiffurmaw il-Kulleġġ San Benedittu.  Din tinsab eżatt wara l-Knisja tal-Qrendi.  Hi skola żgħira b'popolazzjoni ta' mija u disa' u għoxrin tifel u tifla, minn sentejn u disa' xhur sa ħdax -il sena.  Fiha hemm seba' klassijiet tal-iskola Primarja u tliet klassijiet tal-Kinder.  L-iskola għandha staff professjonali li jaħdem ħafna għall-progress edukattiv ta' kull tifel u tifla.  Fl-iskola tal-Qrendi kull tifel/tifla hu/hija protagonista.  Aħna ngħinuhom biex jkabbru l-fiduċja fihom infushom billi nipprovdulhom opportunitajiet biex jesprimu lilhom infushom u biex jieħdu rwoli ta' tmexxija fl-attivitajiet li jsiru.

Immaniġja l-iskola

Ibgħat il-messaġġ

School calendar

Niżżel il-kalendarju