• Kif inhi strutturata s-Sistema Edukattiva Maltija?

    Skejjel Primarji, Medji u Sekondarji huma mqassmin f’Kulleġġi.  Hemm ħdax-il Kulleġġ, kull wieħed immexxi minn Prinċipal tal-Kulleġġ.  Kull skola hija mmexxija minn Kap ta’ Skola, u bl-għajnuna ta’ Assistenti Kapijiet.

  • X’inhi l-età ta’ tagħlim standard f’Malta?

    L-Edukazzjoni f’Malta hija obbligatorja mill-età ta’ 5 snin sa 16-il sena.  Il- Kindergarten tieħu ħsieb il-grupp ta’ dawk ta’ età minn 3 sa 4 snin, skola primarja dawk minn 5 sa 10 snin, waqt li l-iskola medja u sekondarja  tinfirex fuq l-etajiet ta’ bejn il-11-il u s-16-il sena.

  • Fejn nista’ nsib il-kalendarju skolastiku?

    L-akbar għadd ta’ Kalendarji Skolastiċi jistgħu jiinstabu permezz ta’ dil-websajt: EduMalta.gov.mt.  Fittex l-isem tal-iskola, u meta tikklikkja Aktar Dettalji, tkun tista’ tara l-informazzjoni dwar l-iskola, fost din l-informazzjoni l-kalendarju tal-iskola (jekk ikun disponibbli).  Jekk dan ma jkunx hemm, nissuġġerixxu li tkellem lill-amministrazzjoni tal-iskola.

  • Kif nagħmel biex nikkuntattja l-Iskejjel f’Malta?

    Ikklikkja fuq il-menu tal-websajt u agħżel Skejjel.  Fittex l-iskola mixtieqa, ikklikkja fuq l-iskola li tixtieq li tagħmel kuntatt magħha u kull informazzjoni tista’ tinstab hemmhekk.

  • Kif nista’ nagħżel skola għal uliedi? Dan jiddependi fuq fejn noqgħod jew nista’ nagħżel kull skola li rrid?

    Il-post fejn toqgħod huwa l-kriterju ewlieni fir-rigward tal-għażla ta’ post ta’ tagħlim Primarju għal uliedek.

    Tista’ tagħżel li tibgħat ‘l uliedek fi skola li mhix fil-post fejn toqgħod jekk il-Prinċipal tal-Kulleġġ ta’ dik l-iskola jaċċetta dan.  Il-Prinċipal tal-Kulleġġ jista’ ma jkunx f’qagħda li jaċċetta t-talba tiegħek. Id-deċiżjoni tiegħu/tagħha hija finali.

    Fil-każ ta’ tagħlim Sekondarju, l-istudenti normalment jattendu l-iskola korrispondenti fi ħdan l-istess Kulleġġ.

  • Kif nirreġistra ‘l uliedi fi Skola tal-Istat f’Malta?

    Meta tqis l-influss qawwi ta’ studenti ġodda fl-iskejjel Maltin, ikun fl-interess tiegħek li tikkonsulta mal-iskola tal-lokalità fejn ikollok ħsieb li se tmur tgħix u tikkonferma li l-iskola għandha postijiet disponibbli qabel ma int tidħol f’arrangamenti dwar ir-residenza tiegħek.  In-numru ta’ tfal fil-klassijiet u fl-iskejjel f’Malta huwa irregolat b’mod ristrett ħafna.

    DĦUL FIL-KINDERGARTEN fl-Iskejjel kollha tal-Istat huwa possibbli biss f’Ottubru u fi Frar.  L-ebda tifel jew tifla ma jiddaħħlu fi klassijiet fi żmien ieħor.

    Għal aktar informazzjoni speċifika dwar id-dati ta’ għeluq għal dħul fi skejjel intom ġentilment mitlubin biex tikkuntattjaw l-uffiċċju tal-Prinċipal tal-Kulleġġ tal-lokalità ta’ residenza tiegħek jew l-uffiċċju tal-Unità għall-Istudenti Migranti.   

    Fil-każ ta’ Tagħlim Primarju, ir-reġistrazzjonji għal ċittadini tal-UE ssir direttament fl-Iskola Primarja tal-post ta’ residenza.

    Fil-każ ta’ Tagħlim Sekondarju, ikun aħjar li wieħed imur l-Uffiċċju tal-Prinċipal tal-Kulleġġ li mbagħad jidderiġik lejn l-Iskola Medja jew l-Iskola Sekondarja tal-Kulleġġ.  Ikklikkja hawn biex tara l-Lista tal-Prinċipali tal-Kulleġġi.

    Ċittadini li mhumiex mill-UE għanDhom idaħħlu r-reġistrazzjoni tagħhom għal kull livell ta’ tagħlim fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol (MEDE), il-Furjana.

    Ikun meħtieġ li tagħmel appuntament permezz tat-telefon.  Għandek issib dettalji fis-sezzjoni “Contact”/Kuntatt fi ħdan dan il-websajt.  Tista’ wkoll tkun tixtieq li tmur personalment għand il-MEDE biex titlob appuntament mal-personnel responsabbli għar-reġistrazzjoni.

  • Liema dokumenti għandi bżonn nippreżenta meta nirreġistra lil uliedi fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol (MEDE) fil-Furjana jew fl-iskola tal-lokal?

    Ikollok bżonn tippreżenta:

    • Kopja oriġinali taċ-ċertifikat tat-twelid tat-tifel/tifla tiegħek;
    • Traduzzjoni oriġinali taċ-ċertifikat tat-twelid jekk l-oriġinal ma jkunx bil-lingwa Ingliża;
    • Il-passaport/i / Karta/i tal-Identità tat-tifel/tifla kif ikkonfermat miċ-ċertifikat tat-twelid;
    • Kopja oriġinali tad-dokument legali li jindika l-kustodja tat-tifel/tifla jekk it-tifel/tifla ma jkunx/tkunx akkumpanjat/a miż-żewġ ġenituri;
    • Dokument li jservi ta’ prova ta’ residenza f’Malta. Dan jista’ jkun, pereżempju, irċevuta ta’ ħlas  ta’ kera, kont tat-telefon maħruġ f’ismek, eċċ.

    L-iskola se titolbok jekk għandekx xi rekords ta’ tagħlim li t-tifel/tifla tiegħek kellu/kellha qabel.