Direttorat għal Servizzi Edukattivi

Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi kien stabbilit fl-2006 wara d-digriet tal-emendi għall-Att dwar l-Edukazzjoni Kapitlu 327.

Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi jitmexxa minn Direttur Ġenerali li hu megħjun minn tliet Diretturi responsabbli għal Dipartimenti speċifiċi: Dipartiment għal Tagħlim Tul-il-Ħajja u Dawk li Jitilqu Kmieni mill-Iskola, Dipartiment għas-Servizzi tal-Istudenti u Dipartiment għal Riżorsi Edukattivi.  Barra dawn, erba’ Kapijiet ta’ Unità jgħinu wkoll lid-Direttorat.  Dawn huma responsabbli għall-Unità għall-Istudenti Migranti; L-Unità għall-Evalwazzjoni Interna u Għajnuna għall-Iskola; l-Unità għall-Għajnuna u l-Loġistika  Edukattiva u t-tim tal-proġett Edukazzjoni għal Kulħadd.  Ħdax-il Prinċipal tal-Kulleġġ li huma responsabbli għall-istituzzjonijiet edukattivi statali mill-pre-primarja għall-post-sekondarja li jinkludu iċ-Ċentri Għal Riżorsi Edukattivi wkoll jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tad-Direttur Ġenerali, Servizzi Edukattivi.

Il-missjoni tad-Direttorat hija li jassigura t-twettiq effettiv u effiċjenti u l-provvediment ta’ servizzi lill-kulleġġi u skejjel statali.  Dan isir f’qafas stabbilit ta’ deċentralizzazzjoni u awtonomija.  Id-Direttorat huwa għalhekk responsabbli għall-funzjonijiet ġenerali ta’ ppjanar; il-provvediment u l-allokazzjoni ta’ riżorsi, umani u mhumiex; servizzi u għodod ta’ tagħlim kemm ta’ natura pedagoġika, psikosoċjali, maniġerjali u operattiva kif ukoll għodod ta’ għajnuna addizzjonali kif ikun meħtieġ fil-kulleġġi statali u istituzzjonijiet edukattivi.

Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi, b’kollaborazzjoni ma taqta’ xejn ma’ kulleġġi u skejjel, jinkoraġġixxi u jħaffef netwerking u kooperazzjoni biex jgħin lit-tfal jiżviluppaw il-potenzjal soċjali tagħhom u jakkwistraw it-tagħrif xieraq, ħiliet ewlenin, kompetenzi u attitudnijiet permezz ta’ formazzjoni mfassla fuq prinċipji  li jinkludu ekwità, ġustizzja soċjali, diversità u inklużjoni.

Fittex skola